L-għarfien tar-rabtiet profondi tal-Ewwel Nazzjonijiet mal-art

Single hand of a Young Indigenous girl on the rocks

Understanding the profound connections First Nations have with the land. Vick Smith/Getty Images Source: Moment RF / Vicki Smith/Getty Images

L-art għandha sinifikat spiritwali profond għall-popli Aboriġini u Torres Strait Islander. Hija marbuta ħaġa waħda mal-identità tagħhom, sens ta’ appartenenza u l-mod tal-ħajja tagħhom.


Punti Ewlenin
  • L-art hija parti iseperabbli għall-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet, li tifforma l-indentià tagħhom u s-sens ta’ appartenenza.
  • Ir-rabta ġejja mill-istejjer li għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra.
  • Wieħed għandu jżur postijiet sagri biss bl-għarfien tal-post u s-sinifikat tiegħu.

Popli Aboriġini u Torres Strait Islander okkupaw l-Awstralja għal tal-anqas 60,000 sena u adattaw għat-tibdil tal-art u l-klima.

Aunty Deidre Martin hija mara ta’ nisel Walbanga min-Nazzjon Yuin. Hija elder irrispettata u ranger Aboriġina li taħdem fin-National Parks and Wildlife Service fi New South Wales.

Għal Aunty Deidre, l-art mhix entità ta' xi sid partikolari, imma parti inseperabbli minnha li għandha tkun irrispettata u indukrata.

Aħna qatt ma jkollna l-art tagħna. Għandna sehem biex nipproteġu l-art. L-art ta’ pajjiżna tipprovdilna l-ikel, l-ilma, fejn noqogħdu, biex insemmi ftit affarijiet.
Aunty Deidre Martin
“L-art hija terminoloġija, imma tiġri fil-vini tagħna. Hija l-ewwel nifs tagħna, u tkun l-aħħar nifs ukoll,” hija tgħid.
Aunty Deidre Martin.jpg
Aunty Deidre Martin is an Aboriginal discovery ranger. Credit: Aunty Deidre Martin.
Aunty Deidre Martin tgħid li r-rabta hija tant profonda li meta tkun qrib l-art fejn twieldet, ikun biżżejjed biex tħoss sens ta’ appertenza.

“Meta nkun qegħda nivvjaġġja minn Sydney, hekk kif noqrob lejn Kiama, inħares lejn il-kosta, u s-sens ta’ appertenza jaħsadni, u ngħid qegħda d-dar,” iżżid tgħid.

Desmond Campbell, raġel kburi ta’ nisel Gurindji u Alawa-Ngalakan min-Northern Territory, jesprimi l-istess emozzjonijiet meta jerġa’ lura lejn l-art fejn twieled.

Bħala s-CEO ta' , u issa huwa bbażat Sydney, jgħid li, jesperjenza sensazzjoni speċjali hekk kif jaħseb fejn twieled.

“Għalkemm ma kbirniex hemmhekk permanenti, qisna konna hemmhekk il-bieraħ. Il-post huwa familjari magħna bl-istess mod. Tħossok salv. Tħossok qiegħed f’post fejn tista’ taġixxi kif tħossok bħala persuna Aboriġina,” jispjega Desmond Campbell.

Waqt li l-konnessjoni mal-art fejn twieled tibqa’ b’saħħitha, irrespettivament id-distanza, Desmond Campbell jenfasizza l-importanza li jerġa’ lura regolarment lejn l-art tal-antenati tiegħu, mhux biss biex jipprattika l-kultura u l-lingwa tiegħu, imma wkoll għar-rabta spiritwali profonda li ġġib magħha.

“Timlieni bl-ispirtu. Tippermettili li ngħix f’post bħal Sydney u naħdem f’organizzazzjoni bħal Welcome to Country... Għandi bżonn inżomm il-kultura u l-lingwa tiegħi u jkolli dik l-integrità. U nista’ nagħmel dan biss billi minn żmien għall-ieħor inżur fejn twelidt,” huwa jgħid.
Desmond_bio photo.JPG
CEO of Welcome to Country, Desmond Campbell. Credit: Desmond Campbell.

Stejjer dwar l-art

Il-konnessjoni ġejja mill-istejjer li għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra jispjega, Desmond Campbell.

Huwa jżid jgħid li jiddependi mill-art minn fejn tkun ġej, l-istejjer, l-ispirti u r-rabtiet huma kollha differenti.

“In-naħa ta’ missieri min-nisel Gurindji, hija parti mid-deżert tal-Pajjiż. L-annimali huma differenti, l-istaġuni huma differenti, allura l-istejjer differenti wkoll [min-naħa t’ommi].”

Campbell jgħid li dawn l-istejjer kienu marbuta mal-għarfien u l-lezzjonijiet mill-art, bħal meta u x’tikkaċċja u l-konsegwenzi li ma timxix skont l-istaġuni.
Bradley Hardy huwa raġel kburi ta’ nisel Ngemba, Ualarai, Kooma u Kamilaroi u jieħu ħsieb il- matul ix-xmara Barwon.

Huwa jiddeskrivi x-xmara bħala “id-demm u l-identifikazzjoni” tiegħu.

Huwa jkompli jirrakkonta l-istejjer tal-art fejn twieled, waqt li jaħdem bħala gwida għall- .

Huwa jgħid, li jrid li jżomm l-istejjer ħajjin billi jgħaddihom lill-ġenerazzjonijiet li jmiss.

“It-tour qatt ma tkun dwari, imma li nonoraw l-anzjani tagħna, billi naqsmu l-istejjer tagħhom maż-żgħażagħ u li nipprovdi liż-żgħażagħ l-mezzi li jkompli jaqsmu l-istorja tagħna mad-dinja. Huwa d-dmir tagħna li nagħmlu dan,” jispjega Bradley Hardy.
Copy of Untitled Design.png
Bradley Hardy and Brewarrina Aboriginal Fishing Traps. Credit: Bradley Hardy.

L-għarfien ta' post sagru

In-nases tal-ħut tal-Aboriġini f’Brewarrina huma wħud mill-eqdem binjiet umani fid-dinja. Huma magħmula minn blat poġġut b’mod strateġiku f’forma ta’ U u C, mhux biss biex jinqabad il-ħut, imma wkoll biex jippermetti lil xi ħut ikompli għaddej mal-ilma u hekk ikompli ċ-ċiklu tal-ħajja, jispjega Bradley Hardy.

Kien post ukoll fejn ħafna tribujiet kienu jiltaqgħu.
Huwa post sagru, għandna nippruvaw nipproteġuh. Prinċipalment qed għan-nies tagħna. Id-dmir ewlieni tagħna huwa mhux biss li ngħidu lin-nies dwaru u nżommuh ħaj fost iż-żgħażagħ tagħna, imma għad-dinja kollha [li tkun taf] dwar dawn il-postijiet speċjali.
Bradley Hardy
Aunty Deidre issemmi wkoll l-importanza li nkunu nafu dwar dawn il-postijiet sagri u s-sinifikat tagħhom qabel inżuruhom.

“Huma postijiet ta’ informazzjoni li ma tistax iżżurhom, qabel tkun taf dwarhom, bħal per eżempju l-postijiet tal-irġiel u n-nisa,” tispjega.
First nation Australian aboriginal people using spears to hunt seafood in Cape York Queensland Australia
Silhouette image of First Nation Australian aboriginal people, father and son, going to hunt seafood in Cape York, Queensland, Australia. Credit: Rafael Ben-Ari/Getty Images Credit: Rafael Ben-Ari/Getty Images
Postijiet sagri għall-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet kienu diversi u jvarjaw b’mod sinifikanti, skont in-Nazzjon li jkun. Waqt li xi postijiet jistgħu jkunu sagri kemm għall-irġiel u anke għan-nisa, postijiet oħrajn jistgħu jkunu aktar speċifiċi għall-irġiel jew għan-nisa, b’ritwali jew importanza marbuta magħhom, hija tgħid.

Aunty Deidre tgħid li hija r-responsabilità tagħha li teduka lill-komunità dwar dawn il-postijiet sagri, u hija verament tieħu gost taqsam l-għarfien tagħha mal-viżitaturi.

Meta tfittex fil-fond dwar l-art tal-popli tal-Ewwel Nazzjonijiet u tifhem s-sinifikat tagħha tista’ tiskopri minjiera ta’ għerf. Madankollu, huwa kruċjali li tavviċina postijiet Indiġeni sagri b’rispett u tfittex għajnuna minn komunitajiet jew kunsilli tal-art lokali.

“Kemm jekk huma nases, fejn jinqabad il-ħut jew stejjer oħra f’postijiet differenti irridu lin-nies li jmorru u verament ikunu jafu l-verità dwar l-istorja tagħna. Irridu lin-nies li jiġu u jitgħallmu dawn l-affarijiet, imma wkoll joqogħdu attenti u jirrispettaw l-istorja tagħna wkoll,” iżid Bradley Hardy.

Share