L-istorja ta’ wieħed mill-aqwa kowċis u plejers tal-futbol Malti

375270104_790063556462314_7444769062633121653_n.jpg

Ray "Żażu" Farrugia huwa kowċ u eks plejer tal-futbol Malti. Fl-1978 huwa ħalla Malta għall-Awstralja fl-età ta’ 21 sena biex jingħaqad mal-klabb tal-Melita Eagles fi New South Wales. Wara 12-il sena jilgħab fl-Awstralja, fejn rebaħ diversi unuri huwa reġa’ lura Malta u sar kowċ tal-futbol mill-aqwa. Bħalissa Ray Farrugia jinsab l-Awstralja biex iniedi l-ktieb tal-awtobijografija tiegħu ‘And in Malta Is My Home’ u jippromwovi lil Malta bħala destinazzjoni turistika lit-tieni u t-tielet ġenerazzjoni tal-Maltin fl-Awstralja, permezz tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. Huwa jitkellem ma’ Joe Axiaq dwar is-snin glorjużi tiegħu fl-Awstralja jilgħab mal-Melita Eagles u l-messaġġ li nsibu fil-ktieb tiegħu liż-żgħaġagħ li joħolmu b’karriera fil-futbol u liż-żgħażagħ b’mod ġenerali, biex qatt ma jaqtgħu qalbhom u jkomplu jaħdmu u jistinkaw għall-ħolma tagħhom.



Share