Meta l-migrant Malti fl-Awstralja kien il-mira ta’ razziżmu u kummenti ta’ disprezz

1900s_1935_CaneToadIntroduced_7.jpg

Il-Maltin fl-Awstralja mhux dejjem kienu ittrattati b’dinjità u b’rispett, bħala ħaddiema ħabrieka li kienu jikkontribwixxu għas-soċjetà Awstraljana. L-ewwel Maltin li waslu Queensland biex jaħdmu fil-kannamieli ma tanx kienu milqugħa tajjeb u ħafna drabi kienu meqjusa bħala ċittadini tat-tieni klassi. Mark Caruana riċerkatur u studjuż tal-istorja tal-Maltin fl-Awstralja jitkellem dwar perjodu fl-istorja tal-emigrazzjoni Maltija, meta l-Maltin kienu qegħdin jintbagħtu l-Awstralja fi gruppi żgħar biex ma jagħtux fl-għajn u jkunu l-mira ta’ razziżmu u disprezz.



Share