Key Points
- Il-popli Indiġeni fl-Awstralja mhumiex tal-istess razza.
- Hemm madwar 500 Nazzjon, kull wieħed b’kulturi, lingwi u modi ta’ ħajja differenti u bi strutturi ta’ antenati differenti.
- Huwa kruċjali li tifhem din id-diversità biex tibni relazzjonijiet relevanti mal-popli Indiġeni.
Id-diversità rikka fil-popolazzjoni Indiġena tal-Awstralja hija aspett li jispikka u jmur kontra l-idea komuni żbaljata li l-popli kollha Aboriġini u Torres Strait Islander ġejjin mill-istess razza.
Il-poplu Indiġenu jirrappreżenta mużajk ta’ kulturi, lingwi, stili ta’ ħajja u strutturi ta’ razez.
L-aħjar mod biex tifhem din id-diversità huwa li tħares lejn il-mappa Indiġena tal-Awstralja I, tispjega Aunty Munya Andrews, anzjana minn Bardi Country fir-reġjun tal-Kimberley f’Western Australia.
“Aħna nistiednu lin-nies iħarsu lejn din il-mappa għaliex hemm madwar 500 Nazzjon li qiegħed fuqha. Kull Nazzjon għandu l-lingwa tiegħu jew jaqsam lingwa komuni ma’ oħrajn.”
![_Carla-and-Aunty-Munya.jpg](https://sbs-au-brightspot.s3.amazonaws.com/23/05/eebbe9924cb684728a260ac710ed/carla-and-aunty-munya.jpg?imwidth=1280)
Carla Rogers (left) and Aunty Munya Andrews (right), Evolve Communities Credit: Evolve Communities
“Meta nħares lejn l-arti Aboriġina, inkun naf eżatt minn liema naħa tal-Awsrtralja tkun ġejja, tant hi partikulari. Il-biċċa l-kbira tan-nies jassoċjaw it-tpinġija bit-tikek mal-kultura Aboriġina, imma din ġejja minn Nazzjon wieħed.
“Meta tħares lejn il-poplu Bardi, in-nies minn fejn ġejja jien, aħna nies tal-ilma baħar. L-arti tagħna hija simili ħafna bħal dawk li joqogħdu fuq gżejjer madwar id-dinja, b’pittura ġeometrika li turi l-mewġ u mhix tpinġija bit-tikek,” tkompli tgħid.
Aunty Munya, awtriċi, avukata u ko-ordinatriċi ta’ Evolve Communities, tgħid li n-nies għandhom jifhmu li mhux il-popli kollha huma l-istess meta jikkomunikaw ma’ nies Indiġeni. Dan huwa pass importanti ta’ turija ta’ rispett għall-użanzi u t-tradizzjonijiet ta’ komunità, li tippermettilek tibni aktar relazzjonijiet importanti u relevanti.
Carla Rogers hija alleata Indiġena li taħdem ma’ Aunty Munya. Hija żżid tgħid li għarfien bħal dan huwa kruċjali biex tifhem l-istorja li naqsmu bejnietna fl-Awstralja u għaliex għad hemm differenzi bejn il-poplu Indiġenu u dak mhux Indiġenu fl-Awstralja llum.
“Meta l-Awstralja kienet kolonizzata u għadha sallum, huwa dan in-nuqqas ta’ għarfein ta' din id-diversità li jwassal għall-problema ewlenija. Ħafna mill-problemi tagħna li jeżistu bħalissa huma minħabba li l-Aboriġini u t-Torres Strait Islander huma meqjusa bħala razza waħda u ma jingħatax għarfien għad-diversità rikka li għandhom,” hija tgħid.
![Multigenerational Aboriginal Family spends time together in the family home](https://sbs-au-brightspot.s3.amazonaws.com/02/0a/c55f924c4db9a7e140bb2a0740e2/gettyimages-1260022270.jpg?imwidth=1280)
The Indigenous peoples of Australia are not one homogenous group. - Belinda Howell/Getty Source: Moment RF / Belinda Howell/Getty Images
L-Awstralja minn dejjem kienet multikulturali
Il-popli Indiġeni huma “esperti” fil-multikulturaliżmu, tgħid Aunty Munya.
“Ir-razza ta’ niesi, ilhom jipprattikaw il-multikulturaliżmu għal eluf ta’ snin. Tgħallimna nifhmu u ngħixu ma’ gruppi ta’ Aboriġini differenti, tgħallimna nitkellmu xi lingwi differenti,” tkompli tispjega.
Huwa importanti li ngħarfu individwi bħal Dr Mariko Smith, li għandha wirt Indiġenu u kulturali, u b’hekk ittejjeb id-diversità tal-Ewwel Awstraljani.
Missierha huwa min-Nazzjon Yuin, fin-nofsinhar tal-kosta ta’ New South Wales, waqt li ommha hija minn Kokura f’Kyushu, il-Ġappun.
“Xi nies jaħsbu li għaliex ġejja minn wirt Ġappuniż u Aboriġinu, li jien min naħa ta’ fuq u l-majistrall tal-Awstralja, fejn kien hemm l-industrija Ġappuniża tal-perli.
“Il-ġenituri tiegħi ltaqgħu f’ħanut tal-kafè f’Kyushu meta missieri kien qed jivvjaġġja madwar il-Ġappun. Iżżewġu fil-Ġappun u mbagħad ġew l-Awstralja.”
Meta kienet tikber, Dr Smith esperjenzat diversi “kummenti razzisti”, minħabba li kienet tidher Asjatika, imma dawk il-kummenti “komplew jikbru” meta n-nies saru jafu li kienet ukoll Aboriġina.
![Unsettled_Weekend](https://sbs-au-brightspot.s3.amazonaws.com/93/d4/8647a5e44c558d8da289cb07e006/010-unsettled-weekend-credit-anna-kucera.jpg?imwidth=1280)
Dr Mariko Smith Credit: Anna Kucera Credit: Anna Kucera/Anna Kucera
“In-nies jistgħu jaħsbu li ma ltaqgħux ma’ persuna Aboriġina fil-ħajja tagħhom, qabel, imma l-possibiltà hija li ltaqgħu, imma dik il-persuna ma’ kinitx konformi mal-idea tagħhom ta’ persuna Aboriġina.”
Dr Smith tgħid li l-Awstralja kontemporanja, bħala pajjiż multikulturali, għandha tagħraf u taċċetta d-diversità fil-popolazzjoni Indiġena biex verament tkun inklussiva.
“Jekk taħseb dwar il-poplu Aboriġinu b’modi simplistiċi, ikun hemm biss soluzzjonijiet simplistiċi. Dan huwa kunċett kumpless u divers u kunċett li jeħtieġ soluzzjonijiet komprensivi u soluzzjonijiet diversi, kif ukoll ħsieb.”
Carla Rogers tispjega li n-nies jistgħu jagħmlu żbalji meta nies mhux Indiġeni ma jifhmux din id-diversità.
“Nistgħu ngħidu xi ħaġa li tweġġa’ ħafna, xi ħaġa li potenzjalment tista’ tkun razzista. Irridu nifhmu lil xulxin.”
![Thirteen Aboriginal and Torres Strait Islander people from across Australia taking part in the inaugural Mob in Fashion initiative.](https://sbs-au-brightspot.s3.amazonaws.com/drupal/yourlanguage/public/50b88f0c-fde7-4278-b32f-965438570662_1646785673.jpeg?imwidth=1280)
Thirteen Aboriginal and Torres Strait Islander people from across Australia are taking part in the inaugural Mob in Fashion initiative. Credit: Thirteen Aboriginal and Torres Strait Islander people from across Australia are taking part in the inaugural Mob in Fashion initiative.
Fejn nistgħu nitgħallmu aktar dwar id-diversità Indiġena?
Bħal meta tkun qed tivvjaġġa madwar l-Ewropa, ibda b’mappa, identifika l-pajjiż fejn qiegħed, u tgħallem dwar il-kulturi u l-lingwi tiegħu.
“Jekk tkun qed tivvjaġġa għal aktar minn sagħtejn, ngħidu aħna minn Sydney, dan ifisser li tkun għaddej minn Pajjiżi differenti,” tgħid Rogers.
Biex ikollok aktar għarfien tal-Pajjiż, inkluż is-sidien tradizzjonali u l-isorja, il-Land Council u l-kunsilli lokali huma mod tajjeb fejn għandek tibda.
Aunty Munya tgħid li l-importanti huwa li “teduka lilek innifsek.”
“Tgħallem kemm jista’ jkun, ikkomunika, speċjalment ma’ nies tal-Ewwel Nazzjonijiet. M’għandekx għalfejn tibża’, kull m’għandek tagħmel huwa li tintroduċi lilek innifsek, u attenti għal avvenimenti komunitarji.”
Kull m’għadnek tagħmel huwa li tkun kuraġġuż/a biżżejjed biex tagħmel l-ewwel pass biex tkun taf l-Ewwel Nazzjonijiet.