X’inhu s-sinifikat kulturali tal-insiġ tal-Ewwel Nazzjonijiet?

Australia Explained: First Nations weaving - Aboriginal craftswoman splitting pandanus for weaving

Ramingining, Arnhem Land, Northern Territory, Australia, 2005. Credit: Penny Tweedie/Getty Images

L-insiġ huwa wieħed mill-eżempji l-aktar kumplessi u sofistikati tat-teknoloġija u l-kultura tal-Ewwel Nazzjonijiet. Jipproduċi oġġetti ta’ sbuħija , u l-proċess innifsu għandu sinifikat kulturali kbir. L-insiġ huwa mod li bih jinqasam it-tagħrif, il-konnessjoni man-nies u l-pajjiż, iqanqal l-ħsieb u l-attenzjoni u ħafna aktar.


Punti Ewlenin
  • Oġġetti minsuġa għandhom rabta tanġibbli bejn in-nissieġa, il-pajjiż u l-antenati.
  • L-insiġ huwa wżat bħala għodda li jqanqal il-ħsieb u l-attenzjoni u l-konnessjoni soċjali.
  • In-nissieġa jista’ jkollhom stil individwali li jidentifika x-xogħol tagħhom.
  • Kemm l-irġiel u n-nisa jinsġu.
L-oġġetti minsuġa huma diversi daqs in-nissieġa tal-Ewwel Nazzjonijiet li jgħamluhom. Kull xogħol huwa oġġett sinifikanti li jifforma rabta viżibbli bejn min jaħdmu, il-pajjiż u l-antenati tiegħu.

L-insiġ jibda bil-ġbir u bil-preparazzjoni ta’ riżorsi lokali bħal qasab, bċejjeċ mis-siġar u l-pjanti. Dawn jintisġu biex jiffurmaw disinn li joħloq oġġetti intrikati bħal basktijiet, skutelli, ħbula u xbieki.

“L-insiġ (weaving) hija kelma waħda bl-Ingliż. Fil-lingwa tagħna hemm ħafna kliem differenti għaliha,” tgħid Cherie Johnson, li hija ta’ nisel Gomeroi u hija artista u edukatriċi min-Northern NSW.

“Is-sinifikat propju dwar dak li aħna nsejħu insiġ huwa l-għarfien kulturali li jkun fihom l-oġġetti – li tkun taf liema pjanti tuża, f’liema żmien tas-sena, u wkoll x’tista’ taqta’ u tiekol b’mod sostenibbli.”
AFLW Rd 8 - Yartapuulti v Gold Coast
ADELAIDE, AUSTRALIA: An Indigenous weaving workshop takes place in The Precinct Village an AFLW match. Credit: Kelly Barnes/AFL Photos/via Getty Images

L-insiġ jiġbor u jgħaqqad in-nies flimkien

L-insiġ mhux biss li titgħallem tgħaqqad kollox flimkien u l-proċess.

Ġenerazzjonijiet differenti joqogħdu bilqiegħda flimkien biex jaqsmu u jirrakkuntaw l-istejjer bejniethom u jitgħallmu l-għarfien kulturali dwar għaliex isir l-insiġ.

“L-importanza hija fil-fatt li tifhem il-materjal li taħdem bih, għaliex dan il-materjal huwa sinifikanti, għal xiex kien jintuża l-oġġett li qed taħdem, u kif jintuża sewwa. Hemm tant affarijiet involuti fih,” tgħid Ms Johnson.

Iva – l-irġiel jinsġu wkoll

Luke Russell huwa ta’ nisel Worimi mill-inħawi ta’ Newcastle fi NSW. Ix-xogħol tiegħu jinvolvi t-tagħlim u li jgħaddi l-għarfien ta’ kif issir l-għodda tal-Aboriġini Anzjani permezz tal-bini ta’ kenuri mis-siġar tradizzjonali, vleġeġ tal-qbid tal-ħut u għodod oħra.

Għalija, l-insiġ, speċjalment kif jintisġu l-ħbula, huwa importanti ħafna, speċjalment bl-għodda tagħna l-irġiel.
Luke Russell, Cultural Knowledge Holder
Huwa juża teknika sofistikata ta’ nsiġ, biex it-truf tal-kenuri jkunu siguri jew jassigura li l-għodod ikunu sodi bi ħbula minsuġa.

Minn kmieni fi tfulija sa kmieni fiż-żgħożija, is-subien tradizzjonalment jgħaddu ħin mal-kbar u jitgħallmu jinsġu mal-bniet.

“Għal żgħażugħ, speċjalment li jkun qed jitgħallem jgħaddi għall-irġulija, huwa meta jkollu jitulizza dawk il-kapaċitajiet kollha,” jgħid Luke Russell. “U l-kapaċitajiet kollha li jkun tgħallem sa dak iż-żmien kienu mgħallma min-nisa.”
Australia Explained: First Nations weaving -  pandanus palm fibre mats
Credit: Richard I'Anson/Getty Images

L-insiġ bħala meditazzjoni ħajja

Cherie Johnson tuża l-insiġ biex iżżomm rekord tal-ħsibijiet tagħha b’mod viżwali. Hija tipprattika l-attenzjoni tal-ħsieb billi tinseġ bi skop u tpoġġi ħsibijietha fuq l-oġġett li jkun.

“Dan hu kif il-komunità tagħna tipproċessa l-affarijiet,” hija tgħid.

“Nipproċessawhom flimkien b’imħabba, u b’mod ta’ rispett bħala familja, u dan huwa r-riżultat tal-insiġ. Jgħaqqad in-nies flimkien billi jpoġġu bilqiegħda u jirrakkuntaw l-istejjer. Kultant il-gruppi ta’ nsiġ tagħna jiġu sempliċiment biex jieħdu t-te u jkunu madwar sħabhom.”

Differenzi fl-istil

Materjal mill-pjanti bħal ħaxix u bċejjeċ mis-siġar huwa differenti minn parti għall-oħra tal-Awstralja, għalhekk l-insiġ ivarja fl-istil minn reġjun għal reġjun.

Imma n-nissieġa jġibu l-istil u t-talent fix-xogħol tagħhom.

Hemm mod kif jintuża l-kulur lokali minn fjuri, l-qoxra tas-siġar, sugu jew għeruq tal-pjanti u s-siġar.

“Artist li juża l-pigment għal skopijiet differenti biex jagħti kulur lill-fibra minsuġa huwa sinifikanti ħafna għal dik il-persuna, minn dawk l-inħawi partikulari, “ tgħid Cherie Johnshon.
Xi ħadd li jkun imħarreġ f’dan ix-xogħol jagħraf ir-reġjun u kultant anke l-artist mill-kuluri, l-istil, ix-xogħol u l-materjal li juża.
Cherie Johnson, artist and educator
L-artist Nephi Denham huwa Sid Tradizzjonali ta’ nisel Girramay mill-inħawi ta’ Cardwell f’North Queensland. Iz-ziju tiegħu għallmu s-sengħa tal-insiġ.

“Ħafna mill-artisti tagħna, inkluż jien, bdejna ninsġu b’mod differenti,” jgħid Nephi Denham.

“Dan huwa kif tista’ tagħraf min għamel ix-xogħol, jekk jaħdimx b’idu tax-xellug jew b'idu tal-lemin. Għalhekk fil-verità tkun tista’ tgħid min ħadem ix-xogħol.”

Australia Explained: First Nations weaving - Woman weaving basket with pandanus palm fibre
Credit: Richard I'Anson/Getty Images

Tista’ tkun involut/a?

Cassie Leatham hija artista f'diversi oqsma u esperta tal-insiġ. Hija ta’ nisel Taungurung min-nazzjon Kulin fil-Victoria. Hija tiffaċilita workshops immexxija mill-Ewwel Nazzjonijiet li huma miftuħa għal nies mhux Indiġeni.

Dawk li jieħdu sehem huma mħeġġa li jisimgħu sewwa dak li jingħad biex jippromwovu aktar l-informazzjoni dwar min fejn in-nissieġa tal-Ewwel Nazzjonijiet huma ġejjin u l-konnessjoni mal-antenati tagħhom.

“Huwa importanti li jkunu jafu li dawn il-workshops jitmexxew min-nies tal-Ewwel Nazzjonijiet, u min jattendi għandu jifhem l-importanza tal-propjetà intellettwali u kulturali tal-għarfien fl-Awstralja,” tgħid Cassie Leatham.

Huwa dwar ir-rispett tal-protokoll. Kollha kemm aħna nistgħu naqsmu dak li tgħallimna, imma m’għandniex nagħmlu profitt minnu – u dejjem għandna ngħarfu l-għalliema tagħna tal-Ewwel Nazzjonijiet.

Tista’ ssib komunitajiet tal-insiġ immexxija mill-Ewwel Nazzjonijiet u festivals tal-insiġ li jkunu miftuħa għal kulħadd. Ħafna drabi workshops ikunu promossi permezz tal-kunsilli lokali, fuq il-midja soċjali u bil-fomm.

Ix-xogħol tal-insiġ għall-wiri kullumkien

Xogħol tal-insiġ ikun għall-wiri u jinbiegħ f’galleriji kbar u żgħar mal-Awstralja kollha, kif ukoll xogħol ikkummissjonat fi spazji privati u pubbliċi u anke wirjiet tal-moda.

Huwa importanti li l-galleriji juri d-diversità tal-kulturi u l-ambjent tal-Ewwel Nazzjonijiet.

“Ix-xogħol tal-insiġ huwa fil-fatt ħarsa lejn il-passat, li issa huwa l-preżent, u kollha kemm aħna li nagħmlu xogħol tal-insiġ qegħdin inkomplu nagħmlu dan għall-ġenerazzjonijiet tal-futur,” tgħid Cassie Leatham.

“Għalhekk meta n-nies imorru f’galleriji għandhom jirrealizzaw li x-xogħol tal-insiġ isir mal-Awstralja kollha, u kulħadd għandu storja sinifikanti u kulturali xi jgħid marbuta mal-insiġ. Imma mhux ix-xogħol kollu l-istess.”
 

Share